Meta fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera, tkompla l-kampjonat nazzjonali Super League kien hemm ir-rebħiet ta’ Falcons u Birkirkara. Fl-ewwel partita Falcons rebħu lil Flyers bl-iskor ta’ 3-0. Aktar kumbattuta kienet it-tieni logħba, konfront dirett tan-naħħa ta’ isfel tal-klassifika. Hawnhekk Birkirkara kellhom jitħabtu mhux ftit biex jirbħu lit-team neo promoss ta’ Mgarr 3-2. B’dan ir-riżultat, Falcons, immexxija minn Jacques Seifert, saħħew posthom f’ras il-klassifika meta issa għandhom tnax -il punt, tliet punti aktar miċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Min naħħa l-oħra, wara r-rebħa konta Mgarr, Birkirkara telgħu fit-tielet post b’ħames punti, tnejn aktar minn Flyers. Mgarr baqgħu fl-aħħar post b’punt wieħed biss.
Fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, kif kien mistenni, Paola Executive Security rebħu lil Birkirkara Reds 3-0 biex baqgħu f’ras il-klassifika mingħajr telfa. Issa t-team Pawlist għandu ħmistax -il punt, tmien punti aktar minn Depiro.
U19
BKVC Vixens vs Paola YestoHealth 1-3
L-Ewwel Diviżjoni
Depiro vs Swieqi Phoenix Challengers 3-0
BKVC Reds vs Paola Executive Security 0-3
U17
Falcons vs Depiro Blue 0-3
Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Swieqi Phoenix Ninjas 3-0
Paola Maypole vs Swieqi Phoenix Block N Roll 3-1
BKVC Thunder Spikes vs Flyers VC 3-0
Super League
Flyers Vs Falcons 0-3
Mgarr Vs Birkirkara VC 2-3
//= $special ?>