BALZAN…………….1
ŻABBAR SP………..2
Balzan: D. Ciappara, G. Camilleri, S. Arab, T. Caruana, J. Busuttil, H. Stanic, J. Grech, U. Akopan, R. Floro, E. Kamsoba (B. Hili 10′)(I. Westendorf 60′), M. Lima.
Żabbar: M. Grech, J. Micallef, W. Bonilha, B. Gambarte (D. Jovicic 82′), S. Ilic (M. Santos 46′), Z. Grech, D. Tavares (L. Agius 74′), S. Jovancic, V. De Paiva, K, Keqi, Joao Pedro (M. Ferreira 62′).
Referee: E. Grech
Assistenti referees: M. Ciantar, R. Curtis
Żabbar kisbu rebħa mportanti ta’ 2-1 fuq Balzan u fetħu l-ġlieda kontra r-relegazzjoni beraħ. Żewġ gowls fit-tieni taqsima wettqu r-rimonta għat-tim ta’ Aniello Parisi.
Kienu Balzan li fetħu l-iskor wara l-11-il minuta meta minn cross ta’ Udoyen Akpan li sab lil Benjamin Hili li kkonkluda fil-baxx. Żabbar wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u ġabu l-iskor indaqs fid-49 minuta meta minn cross ta’ Marcelo Santos kien Brian Gambarte li kkonkluda.
Il-kunfidenza żdiedet fit-tim Żabbari u dawru l-partita għaxar minuti mit-tmiem meta minn ballun ta’ Vinicius De Paiva, kien Marcelo Santos li kkonkluda għal skor finali ta’ 2-1.
//= $special ?>