Futbol Sport

Atalanta b’rebħa komda fuq Roma fi Stadio Olimpico

Fi Stadio Olimpico Atalanta kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Roma. Atalanta fetħu l-iskor minn Marten De Roon fid-69 minuta.It-tieni gowl wasal fid-89 minuta permezz tal-eks tal-partita Nicolo Zaniolo li għola bir-ras u xeħet fix-xibka għal 2-0. B’hekk b’din ir-rebħa Atalanta telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’31 punt, punt wieħed biss wara l-leaders Napoli fl-ewwel post tal-klassifika. Min-naħa l-oħra Roma komplew bl-istaġun deludenti tagħhom li ħallihom fil-15-il post tal-klassifika bi 13-il punt minn 14-il partita.

Riżultat

Roma v Atalanta 0-2