Rebekah Borg, PN
Ix-Shadow Minister għall-Ambjent Rebekah Borg qalet fil-parlament li Gvern Laburista kisser l-ambjent.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qalet li Alfred Sant stess iddikjara li l-istuprar tal-ambjent qed
ikompli u li l-ambjent mhux jingħata l-importanza jistħoqqlu, Hi sostniet li l-gvern ikkunsidra biss l-ekonomija u warrab l-ambjent tant li issa ammettew li l-ekonomija wasslet għall-kwantità flok il-kwalità. Il-Gvern issa qed jammetti li l-pajjiż mhux ta’ kwalità u issa qed jgħidu li l-poplu jrid jistenna sal-2025 biex il-pajjiż ikollu pajjiż ta’ kwalità.
Ftit ilu l-ERA ppubblikat dokument dwar strateġija dwar il-biodiversità sal-2030 li fih diversi miri fosthom li 30% tal-art u taż-żoni marittimi tas-sajd se jkunu protetti. X’jiswa dan meta l-gvern mhux kapaċi jipproteġi żoni ta’ protezzjoni? Il-gvern mhux jieħu passi quddiem ksur tar-regoli f’siti protetti.
Hi semmiet Kemmuna u qal li hemm abbuż sfaċċati bi triq li saret illegalment mill-Ministeru għal Għawdex. L-Ombudsman irrakkomadat li x-xogħolijiet jitreġġgħu lura iżda dan ma sarx. F’Kemmuna hemm abbużi oħra fosthom fix-xatt li hu kkapparat b’mod illegali b’kiri ta’ deckchairs; iżda anki dwar dna ma sar xejn.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li ċ-ċittaini mhumiex jitħallew jużaw l-art biex joqgħodu fuqha bix-xugamani u semmiet każ ieħor ta’ impunità; dak ta’ barreria li tikser ir-regoli ambjentali. Hi kompliet li dan kien qed isir f’żona proteatta f’Ħad Dingli fejn illum hemm muntanja ta’ terrapien li qed tordom ir-raba’ tal-madwar. Dan hu periklu ta’ ħajja u mewt.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern ma jistax jittieħed bis-serjetà fl-ambjent u semmiet diversi każi ta’ illegalità fosthom ta’ immaniġġjar tal-iskart fejn hemm kumpless illegali li għandu ordni ta’ waqfien mix-xogħol mill-ERA mill-2022. Minkejja dan, l-operat illegali baqa’ għaddej u ma twaqqafx mill-ERA. Dan filwaqt li ma ttieħdux passi l-qorti; issa hemm ukoll każ kriminali.
Rebecah Borg kompliet li l-gvern qed ineħħi l-protezzjoni ta’ Wied Ħamiem fejn hemm applikazzjoni ta’ ippjanar ta’ Villa Rosa fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Hi semmiet l-inċineratur tal-Magħatab fejn hemm kuntratt ta’ €600 miljun u qalet li hemm afna affarijiet ħżiena f’dan il-proċess.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu każ ieġor ta’ inkompetenza u semmiet kif il-qorti ddikjarat li kien hemm konflitt ta’ interess f’din l-offerta. Kien il-Prim Ministru li appunta li dawn in-nies li kellhom konflitt ta’ interess. Il-PN ħa dan il-każ quddiem l-Awditur Ġenerali, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li din l-inkompetenza tal-gvern wasslet biex teżisti kriżi fis-settur fejn se tespani l-miżbla tal-Magħtab.
Rebekah Borg qalet li l-gvern ilu sitt snin jikkummiedja f’dan il-kuntratt ħaseb u ara f’kuntratti oħra. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkundannat lill-gvern dwar rimi ta’ drenaġġ mhux purifikat fil-baħar. Minkejja dan il-gvern kien iddikjara li mhux jintrema drenaġġ fil-baħar. Dan qed iseħħ minħabba li l-impjanti mhumiex ilaħħqu.
Rebekah Borg sostniet li l-gvern se jkompli jkabbar il-popolazzjoni u għalhekk il-gvern missu ilu ħaseb li jtejjeb l-infrastruttura. Dwar l-iskeda tat-tfaddil tal-fliexken, hi qalet li din qed tiddiskrimina ċertu oqsam fis-soċjetà fosthom l-anzjani li jridu jimxi fit-tul biex jiddepożitaw il-flieken. Fuq l-ambjent iddaħħlet taxxa moħbija fuq iċ-ċittadini onesti.
Rebekah Borg qalet li Gvern Nazzjonalista jkollu viżjoni ambjentali waħda, ikun hemm iktar NGOs ikunu fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, tiddaħħal l-estetika fl-ippjanar, isir kontroll fuq dawk u storbju żejjed, disponibibbiltà għall-pubblika fuq l-illegalitajiet, isir proċess ta’ konsultazzjoni dwar id-drittijiet solari, isiru proġetti fuq binijiet pubbliċi, isiru skemi għal investimenti fi proġetti tal-gvern fejn ikun hemm panelli solari u jsir ristruttar ta’ artijiet għall-encroachment.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-impjanti tat-tarmac u qalet li dwn għamndhom ikunu regolati fl-aħjar żmien possibbli. Jeħtieġ gvern li jemmen li l-ambjent ikun dritt fundamentali fil-kostituzzjoni, sostniet Rebekah Borg, li sostniet li l-gvern kisser l-ambjent.