Lokali

“Ħalluna nibnu futur aħjar għall-istudenti tagħna” – Stef Formosa

“Jien mhux biss qiegħda hawn bħala edukatriċi, iżda bħala xi ħadd li jimpurtah ħafna mill-istudenti, is-sistema edukattiva tagħna, u l-futur ta’ pajjiżna.”

Hekk sostniet Stef Formosa, Lettur fl-Istituzzjoni tal-MCAST. Hi saħqet li tinsab frustrata minħabba l-fatt li qatt ma tiftakar sitwazzjoni daqsekk gravi kemm ilha fl-MCAST. Dan wara li il-Gvern għadu jinjora Il-ftehim kollettiv tal-letturi tal-MCAST li ilu li skada għal tliet snin – bil-Gvern jibqa’ jinjorta lil Letturi u l-istudenti.

Hi spjegat li din il-kriżi qed ikollha effett fuq is-saħħa mentali kemm tal-letturi kif ukoll tal-istudenti, bl-istudenti qed jitħabtu mal-istudji tagħhom.

F’dan il-waqt hi staqsiet jekk hux ġust li l-istudenti qed jingħataw ċans jipprogressaw anki jekk weħlu fl-istudji tagħhom. Hi kompliet tgħid hekk dak li qal l-eks Ministru Clayton Bartolo li l-ħajja mhux kollha diplomas u degrees hux il-kultura li dan il-Gvern jixtieq jgħaddi lil ġenerazzjonijiet.

Formosa għalqet billi saħqet li din l-inugwaljanza u korruzzjoni ma tirrelatax biss fl-edukazzjoni iżda hija sistema fejn il-ħbieb tal-ħbieb u l-qraba tal-Ministri jiksbu impjiegi li ma ħaqqhomx u jkunu impjiegi fantażma, imħallsin minn flusna, b’salarji għoljin, filwaqt li huma bħala letturi lanqas li ħaqqhom mhu qed jieħdu.