Lokali Parlament

Il-gvern bla pjan futur għall-ambjent


Ryan Callus, PN


Ix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Ryan Callus qal fil-parlament li l-gvern bla pjan futur għall-ambjent.


Ryan Callus qal li kien hemm żieda fit-tariffa li titħallas minn kull konsuatur li jkun jixtieq provvista ta’ enerġija iktar min-normal. Hu kompla li l-proġett ta’ battery storage kien proġett tajjeb fil-Marsa u f’Delimara biex ikun hawn ħażna ta’ enerġija.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li skont l-offerta n-nefqa għall-proġett ta’ Delimara se tkun €35 miljun u qal li l-gvern għandu prijoritajiet ħżiena mnħabba li l-gvern se jonfoq iktar minn dik l-ispiża biex il-pajjiż jikri l-generators. Dan juri nuqqas ta’ pjan mill-gvern, sostna Ryan Callus, li kompla li l-appovazzjoni tat-tieni interconnector hi tajba.


Ryan Callus kompla li l-gvern anki hawn kellu nuqqas ta’ viżjoni minħabba li kien l-istess gvern li ħa deċiżjonijiet ħżiena. Il-gvern dejjem ipprova jitfa’ dubju fuq l-interconnector kull meta jinqata’ d-dawl sakemm irrealizza li dan hu tajjeb tant li beda x-xogħol fuq it-tieni interconnector. Fil-verità l-gvern missu beda x-xogħol fuq it-tieni interconnector ferm qabel għaliex l-Enemlata kellha dan il-pjan sa mill-2006. Minħabba li nħela ħafna żmien, il-pajjiż kellu jikri l-generators second hand.


Il-gvern ma riedx in-nefqa fl-investiment fid-distribuzzjoni tal-enerġija, sostna Ryan Callus, li kompla li s-sajf li għadda nħoloq żbilanċ li wassal biex l-iswitch gear f’Mater Dei trippjana u kellhom jidħlu l-generators. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei ikkonferma li dan seħħ, qal Ryan Callus, li enfażizza l-importanza ta’ provvista b’saħħitha.


L-ARMS qed toroġ kontijiet ta’ 14-il sena ilu, qal Ryan Callus, li tkellem dwar l-arbli tad-dawl u sostna li fis-Siġġiewi inbidlu arbli tad-dawl iżda tħalli l-arbli l-antiki hemm b’perikli li jaqgħu.


Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-WSC u semma’ każ li kien hemm ħruġ ta’ ilma f’Settembru 2024 li l-WESC kienet immarkatu iżda sa tliet xhur wara dan il-ħruġ ma kienx irranġat.


Ryan Callus qal li l-WSC kienu qatgħuh minn ritratt li kien ittieħed u pubblikat u qal li kien Pablo Micallef, il-Brand Manager tal-WSC u direttur fuq il-Bord tal-PBS. Hu staqsa jekk il-Ministru Miriam Dalli taqbilx li r-ritratt li fih deher hu kien editjat għaleix din kienet ċensura.


Hu qal li l-gvern qed jiġi mċanfar fuq diversi nuqqasijiet ambjentali fosthom li ma ppreżentax il-pjan dwar l-enerġija rinovabbli. Il-ħaddiema tal-Enemalta qed jistennew il-ftehim kollettiv ġdid li jiskadi f’Diċembru iżda dawn in-negozjati mexjin b’mod kajman wisq.