Il-Partit Nazzjonalista qiegħed isegwi mill-qrib it-theddida ta’ bomba ġenerika minn barra l-pajjiż li rċeviet kull skola f’Malta llum.
Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista għamel kuntatt mal-Ministru għall-Edukazzjoni kmieni dalgħodu biex jagħti s-sapport tiegħu f’din is-sitwazzjoni daqstant delikata u inkwetanti.
Għall-Partit Nazzjonalista, is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti, l-edukaturi u l-ħaddiema fl-iskejjel tibqa’ prijorità li għandha tkun imħarsa kontinwament.
Justin Schembri, ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja’; qal fi stqarrija li waqt li juri solidarjetà mal-edukaturi u l-istudenti fl-iskejjel, il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-forzi tal-ordni li qed jieħdu dan il-każ bis-serjetà u li qed jagħmlu minn kollox biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni.
//= $special ?>