“Illum reġgħet rebħet Malta. Illum irbaħt int”. Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara li dalgħodu l-PN rebaħ l-appell li għamel fil-ġlieda biex jinġiebu lura l-miljuni li insterqu fil-frodi ta’ Vitals u Steward.
Minkejja li Robert Abela baqa’ jagħmel minn kollox biex ma nġibux flusna lura, illum il-Qorti tal-Appell qalet li l-Avukat tal-Istat jista’ jfittex lil dawk responsabbli li serqu flusna biex inġiebu flusna lura.
“Robert Abela bħala Prim Ministru kellu obbligu li jaħdem għall-interess tal-poplu Malti. Fejn naqas Robert Abela għamilna xogħlu aħna għalik”, stqarr il-Kap tal-PN.
Issa l-Avukat tal-Istat għandu immedjatament jieħu azzjoni biex iġib flusna lura. Jekk le, il-Partit Nazzjonalista se jżommu personalment responsabbli tat-tradiment lejn il-poplu.
//= $special ?>