Taħt il-Ħarsien Tiegħek Nistkennu Ommna Marija
Proġett ġdid li nistgħu ngħidu bidel id-dehra tal-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun huwa dak li ġie inawgurat il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2024.
Nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru ġie inawgurat it-tisbiħ tal-Koppla minn ġewwa u installazzjoni ta’ dawl ġdid. Dan wara li matul is-sajf sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq in-naħa ta’ barra tal-koppla fejn kien hemm diversi ħsarat fil-konkos tagħha.
Il-proġett tat-tisbiħ minn ġewwa kien jinvolvi żebgħa ġdida, installazzjoni ta’ stillel u Spirtu Santu u installazzjoni ta’ dawl ġdid madwar il-koppla u madwar il-knisja.
Fr Franco, il-Kappillan tal-Parroċċa, qalilna li dan il-proġett tal-koppla fih sinifikat kbir. Il-koppla fil-Knisja tirraffigura l-mant tal-Madonna li aħna lkoll qed nistkennew taħtu. Min naħa l-oħra il-koppla tirrafigura t-talba tal-miġemgħa li jitla’ ‘l fuq sabiex jasal għand Alla li huwa Ħanin u jilqa’ lil kulħadd.
Dan il-proġett gie parzjalment iffinanzjat mill-Fondi għall-Kawżi Ġusti u l-bqija mid-donazzjonijiet tal-parruċċani. Il-Kappillan irringrazzja lil kulħadd għas-sapport finanzjarju li dejjem joffru l-parruċċani.
//= $special ?>