L-eks champion tal-Grand Slam tal-Istati Uniti Juan Martin Del Potro irtira mit-tennis wara logħba ta’ esebizzjoni kontra Novak Djokovic fl-Argentina. Del Potro rebaħ l-uniku titlu maġġuri fl-2009 fl-Istati Uniti hekk kif kellu karriera mtappna b’diversi injuries. L-Arġentin weġġgħa irkupptejh fl-2019 – injury li żammitu b’uġiegħ rikorrenti, fejn lagħab fl-aħħar logħba tiegħu f’turnament fl-2022.
Fl-aħħar logħba tiegħu mlaqqma bħala ‘The Last Challenge’ Del Potro lagħab kontra Novak Djokovic f’partita t’esebizzjoni fi Buenos Aires quddiem 15-il elf partitarju b’Del Potro joħroġ rebbieħ 6-4 7-5. Del Potro kien emozzjonat f’diversi mumenti matul il-logħba u ta tgħanniqa lil Novak Djokovic hekk kif ġiet fi tmiemha. Wara l-partita Djokovic qal li Del Potro huwa ta’ eżempju għal kull min iħobb it-tennis u l-akbar rebħa fil-ħajja tiegħu hi li huwa persuna mill-aqwa.
Roger Federer, Rafael Nadal, Carlos Alcaraz u Gael Monfils kollha ħadu sehem f’vidjo li urew fi tribute lill-Arġentin. Del Potro għeleb lil ħames darbiet champion Federer biex rebaħ l-Open tal-Istati Uniti fl-2009. Fl-2018 hu reġa’ għal darb’oħra wasal sal-finali tal-Open fi New York, fejn din id-darba ħareġ tellief kontra Novak Djokovic.
//= $special ?>