L-Arċisqof Charles Scicluna f’dawn il-jiem se jkompli jkun fost il-komunitajiet fejn se jkun qed jiċċelebra quddies għal gradwati, anniversarji li jfakkru t-twaqqif ta’ parroċċi, għat-tfal u jilqa’ seminarista bħala kandidat għas-saċerdozju.
Nhar il-Ħamis se jiċċelebra l-quddies ta’ radd il-ħajr mal-gradwati ġodda tal-Akkademja IDEA fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
L-għada l-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru, fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għat-tfal li huma membri tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) u l-ġenituri tagħhom.
Is-Sibt 7 ta’ Diċembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija fl-Imtarfa fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa.
Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru fest tal-Immakulata Kunċizzjoni, fid-9:30am, fit-tieni Ħadd tal-Avvent l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, li matulha jilqa’ seminarista bħala kandidat għas-saċerdozju.
Fis-6:30pm jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa.
//= $special ?>