Il-Qorti kienet ċara ħafna meta qalet li l-Avukat tal-Istat jista’ jaħdem b’mod mill-aktar indipendenti, sabiex ikun jista’ jġib lura l-miljuni li nsterqu mid-deal frawdolenti tat-tliet sptarijiet. Biex b’hekk waqgħet għal kollox ir-retorika li kien qed jirrepeti Abela għal xhur sħaħ – li l-Avukat tal-Istat ma jistax jaħdem b’mod awtonomu.
Id-deċiżjoni tal-Qorti ħalliet effett qawwi fuq il-Prim Ministru, tant li qatta’ siegħa sħiħa barra l-awla biex jipprova jimmanuvra kif se jimmanipola l-messaġġ. U meta ħareġ…. infexx jirrepeti fake news u stqarrijiet qarrieqa.
Il-Prim Ministru ma gidibx biss meta implika li kien hu li fetaħ il-kawża… iżda wasal biex saħansitra qal li ġab l-isptarijiet lura.
Agħar minn hekk, il-Prim Ministru wasal ukoll biex imeri r-rapporti tal-midja internazzjonali dwar il-falliment ta’ Steward Healthcare.
U skomdu għall-aħħar iweġeb id-domandi tagħna, Abela telaq ‘l hemm meta mistoqsi dwar Armin Ernst li issa ġie arrestat fl-Istati Uniti – l-Eks Direttur ta’ Steward li anke f’Malta qed jaffaċċja akkużi serjissimi.
//= $special ?>