Sewwieq ta’ mutur, ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti s-Siġġiewi u mutur misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fil-post minnufieh isejjħu tim mediku u ambulanza li ħadu lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei b’urġenza għall-aktar kura fejn huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>