Formula 1 Sport

“Tlift ir-rispett kollu lejn Russell” – Max Verstappen

L-erba’ darbiet champion tal-Formula 1 Max Verstappen qal li tilef ir-rispett li kellu lejn is-sewwieq ta’ Mercedes George Russel għall-irwol tiegħu fil-penali li kellu Verstappen mill-Pole Position. Minkejja li Verstappen xorta waħda rebaħ il-Grand Prix fil-Qatar, huwa saħaq li tilef ir-rispett lejn Russell wara li kien investigat li saq b’veloċita’ baxxa meta ma kellux għalfejn fis-sezzjoni ta’ kwalifikazzjoni ta’ matul il-jum tas-Sibt.

Iż-żewġ sewwieqa intagħlbu jattendu għas-smiegħ tal-każ fejn kien deċiż mill-uffiċjali tal-Grand Prix li Verstappen kien tellef lil Russell, bil-penali tkun demozzjoni ta’ post fl-aħħar tal-kwalifikazzjoni. Is-sewwieq ta’ RedBull qabeż lil Russel fl-ewwel dawra u rebaħ il-Grand Prix, b’George Russell ikollu jikkuntenta bir-raba’ post, wara li żball waqt pit stop, tellfitu milli jikseb post fuq il-podju.