Ewropa Lokali

Bernard Grech jippreżenta erba’ proposti għal turiżmu u trasport aktar sostenibbli

It-trasport huwa is-sinsla tal-ekonomija però huwa wieħed mill-akbar kontributuri ta’ emissjonijiet. U għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jinsistni li jiġu implimentati erba’ proposti għal futur iktar sostenibbli… sabiex iċ-ċittadini jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-proposti li ppropona l-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma dawn: Nipromwovu t-teleworking sabiex b’hekk jonqos it-traffiku u l-emissjonijiet, il-pandemija wrietna l-potenzjal li naħdmu mid-dar biex innaqqsu l-ivvjaġġar bla bżonn. Ninvestu fl-Infrastruttura tat-Trasport Sostenibbli, fejn fost oħrajn jinħolqu iktar rortot siguri għaċ-ċikliżmu, filwaqt li jiżdiedu s-sussidji għall-vetturi elettriċi, b ’mod partikolari fiz-zoni rurali.

It-tielet proposta li semma’ l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kienet li tintuża t-teknoloġija biex titjieb il-mobbilità, u t-trasport ikun iktar sostenibbli, u l-aħħar proposta kienet li tiġi priservata l-aċċessibbiltà,
Biex l-irħula jirnexxu, iridu jibqgħu konnessi. Dan ifisser iż-żamma u t-titjib tar-rabtiet tat-toroq u tat-trasport.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ppreżenta dawn il-proposti waqt is-seminar tar-rappreżentanti tal-Partit Popolari Ewopew fil-Kumitat tar-Reġjuni; laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, proprju ftit tal-jiem wara li l-Partit Nazzjonalista laqqa’ l-Assemblea Politika tal-Partit Popolari Ewropew – avvenimenti li jikkonfermaw il-fiduċja tal-EPP fil-Partit Nazzjonalista bħala forza politika b’saħħitha u b’viżjoni.

Bernard Grech, fil-preżenta ta’ aktar minn 70 mexxej lokali u reġjonali mill-EPP minn madwar l-Ewropa, sostna li hija missjoni ta’ kull mexxej biex isib il-bilanċ bejn s-sostenibbiltà u l-kompetizzjoni. Hu spjega kif l-EPP dejjem kien xempju fit-tmexxija – lejn futur aktar sostenibbli u inklussiv.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li t-turiżmu huwa essenzjali; għalkemm xorta appella għal mudell bilanċjat. Hu saħaq li lokalment hemm bżonn ta’ mudell ekonomiku ġdid, li jagħmel ċert li t-turiżmu jibqa’ prijorità għax dan iwassal għal tkabbir ekonomiku u impjiegi ġodda.

Dwar it-trasport Bernard Grech qal li hemm bżonn ta’ mezz ġdid ta’ vjaġġar li huwa sostenibbli; inkluż b’mezzi li jaħdmu bl-eletriku. Sostna wkoll li hemm bżonn li jsir użu aħjar tat-tekonoloġija, u konnettività aħjar bejn il-vilaġġi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Green Deal joffri gwida lejn futur aktar sostenibbli u inklussiv. Madanakollu, is-suċċess u l-implimentazzjoni ta’ dan id-deal jiddependu mill-mexxejja ta’ kull pajjiż

Waqt din il-konferenza Ewropea li saret f’pajjiżna, għamlu wkoll l-indirizz tagħhom Anthony Chircop, membru tal-EPP fil-Kumitat tar-Reġjuni u President tar-Reġjun tal-Lvant; kif ukoll Olgierd Geblewski, il-President tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Kumitat tar-Reġjuni.