Futbol Sport

Coppa Italia: Bologna u Milan jgħaddu għall-kwartifinali b’rebħiet kbar

Bologna għamluha għar-rawnd li jmiss meta għelbu lil Monza bla diffiulta’ 4-0.

Żewġ gowls fi tliet minuti biex Bologna daħlu jistrieħu fil-vantaġġ hekk kif Tommaso Pobega jiskorja l-ewwel fit-32 minuta segwit minn Riccardo Orsolini fil-35 minuta. Żewġ assista ta’ Santiago Castro.
Tkompli l-prestazzjoni fenomenali ta’ Castro fit-tieni taqsima hekk kif fit-63 minuta jagħmel assist ieħor, din id-darba lejn Dominguez, qabel l-istess Santiago Castro din id-darba jsib ix-xibka fis-76 minuta, b’Dominguez ikun dak li ħoloq il-gowl.

Milan sabuha faċli biex għaddew għar-rawnd li jmiss b’rebħa kbira ta’ 6-1 fuq Sassuolo. In-Neroverdi bħalissa jokkupaw l-ewwel post fis-Serie B, madankollu l-forma tajba tagħhom fil-kampjonat ma kenitx biżżejjed biex tegħleb is-saħħa ta’ Milan.

Ibrilla f’din il-partita Samuel Chukwueze li sab ix-xibka darbtejn, u jkun hu li l-ewwel jiftaħ l-iskor fit-12-il minuta, segwit minn gowl ta’ Tijjani Reijnders fis-17-il minuta.

In-Niġerjan Chukwueze jerġa’ jiskorja 4 minuti wara din id-darba mill-assist tal-Ingliż Tammy Abraham.
Ir-Rossoneri jżidu ieħor qabel tmiem it-taqsima permezz ta’ Rafael Leao.

Davide Calabria fetaħ l-iskor fit-tieni taqsima bil-captain jiskorja l-ewwel ballun tiegħu dan l-istaġun.
Sassuolo rnexxielhom jiskorjaw gowl lura però kien tard wisq għal xi tip ta’ rimonta. L-awtur tal-gowl kien Samuele Mulattieri fid-59 minuta.

Wara l-assist tiegħu fl-ewwel taqsima, Tammy Abraham skorja s-sitt u l-aħħar gowl tal-partita ftit wara s-siegħa logħob,

COPPA ITALIA
RAWND TAL-AĦĦAR 16

Illum
Milan v Sassuolo 6-1
Bologna v Monza 4-0
Għada
Fiorentina v Empoli 9pm
Il-Ħamis
Lazio v Napoli 9pm