Crystal Palace kisbu t-tieni rebħa staġjonali meta għelbu lil Ipswich Town 1-0 f’Portman Road.
Il-gowl tar-rebħa wasal fid-59 minuta mill-attakkant Franċiż Jean-Philippe Mateta meta xeħet ġewwa mill-assist tal-istilla Eberchi Eze.
Iktar partiti minn nofs il-ġimgħa għada hekk kif Arsenal u Manchester United qed jittamaw li jkomplu l-forma tajba tagħhom. Arssenal qed jimmiraw li jersqu iktar viċin ta’ Liverpool li ħarbu bil-kampjonat, bir-Reds b’ċans li jkomplu jirbħu hekk kif se jaffrontaw lil Newcastle United li bħalissa qed jokkupaw 11-il post fil-klassifika.
Minn naħa l-oħra Manchester United qed igawdu minn bidu tajjeb taħt Ruben Amorim, bl-ewwel rebħa fil-kampjonat tasal il-ġimgħa l-oħra kontra Everton bl-iskor finali ta’ 4-0.
Manchester City minn naħa l-oħra se jkunu qed ifittxu l-ewwel rebħa f’7 partiti hekk kif se jaffrontaw lil Nottingham Forest, tim li ukol lkellu bidu rispettabbli ħafna u qed jikkupa s-sitt post momentarjament.
PREMIER LEAGUE INGLIŻ
Il-Ġimgħa
Brighton v Southampton 1-1
Is-Sibt
Brentford v Leicester City 4-1
C.Palace v N.United 1-1
N.Forest v I.Town 1-0
Wolves v Bournemouth 2-4
West Ham v Arsenal 2-5
Il-Ħadd
Chelsea v A.Villa 3-0
Man.Utd v Everton 4-0
Tottenham v Fulham 1-1
Liverpool v Man.City 2-0
Illum
Ipswich T. v C.Palace 0-1
L-Erbgħa
Everton v Wolves 8:30pm
Man.City v Nottingham F. 8:30pm
Newcastle U. v Liverpool 8:30pm
Southampton v Chelsea 8:30pm
Arsenal v Man.Utd 9:15pm
A.Villa v Brentford 9:15pm
Il-Ħamis
Fulham v Brighton 8 :30pm
Bournemouth v Tottenham 9:15pm