Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista jibqa’ ma jweġibx kemm nefaq fi propaganda dwar il-budget


Minkejja li kien mistoqsi għal ħames darbiet, il-Gvern qed jibqa’ ma jagħtix l-informazzjoni dwar kemm nefaq f’riklamar u propaganda wara d-diskors tal-budget.

Kien id-Deputat Nazzjonalista Jermone Caruana Cilia li għal ħames darbiet staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela biex jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-budget, li sar nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Budget 2025.

Il-Prim Ministru Robert Abela qed iwieġeb biss li t-tagħrif għadu qed jinġabar.