Fil-parlament il-gvern oppona u oġġezzjona għal proposti tal-PN għal kundizzjonijiet aħjar għall-annimali.
Il-parlament iddiskuta mozzjoni tal-Opożizzjoni għal emendi fir-regolamenti dwar Standards għall-Operat ta’ Akkomodazzjoni ta’ Pet Sitting u Stabbilimenti ta’ Akkomondazzjoni ta’ Pet Boarding għal Qtates u Klieb.
Il-mozzjoni tressqet mix-Shadow Minister għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Ħarsien tal-Animali Janice Chetcuti.
Fil-mozzjoni l-PN ppropona li l-klieb ma jinżammux f’garxxijiet taħt l-art li m’għandhomx ventilazzjoni jew f’garaxxijiet li ma jkollhomx aċċess għad-dawl u arja tajba. Proposta oħra kienet li kull post magħluq f’akkomndazzjoni fejn jinżammu l-annimali għandu jiggarantixxi r-rutina tal-eżerċizzju.
Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti tkellmet dwar id-drittijiet tal-annimali u qalet li kien Gvern Nazzjonalista li wera li verament għandu għal qalbu d-drittijiet tal-annimali billi wettaq diversi riformi fis-settur fosthom li fetaħ klinika għall-annimali u waqqfet id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali.
Hi sostniet li l-libertaijiet tal-annimali jinkludu aċċess għal ilma frisk, spazji adegwdati fejn jinżammu l-annimali, li kull annimali jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa u ma jkunx espost li jsofri dwejjaq li jwasslu sofferenzi, li kull annimal ikollu kumpanija ta’ annimali oħra u li kull annimal ikollu post adegwat fejn jistkenn mill-elementi tat-temp.
Il-PN ilu jipproponi li s-sitwazzjoni preżenti mhijiex biżżejjed għaliex ir-regolamenti preżenti jaċċettaw li l-klieb jistgħu jinżammu f’gaġeġ żgħar f’nofs għelieqi. Kien il-Gvern Laburista li daħħal il-liġi li fiha jkun aċċettat li l-klieb jinżammu fi spazji żgħar ħafna. Il-PN kien oġġezzjoni għal din il-liġi iżda l-Gvern Laburista baqa’ għaddej.
Janice Chetcuti qalet li hi ta’ dieqa li klieb u qtates jispiċċaw fil-garaxxijiet fuq il-bjut u fil-btieħi b’konsegwenza li dawn ikunu suġġetti għal ħsara mentali.
Fid-diskorsi tagħhom il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ma qablux mal-proposti tal-Oppożizzjoni.
Janice Chetcuti qalet li l-gvern mhuwiex jaqbel li l-annimali jkollhom dritt għad-dawl naturali u jew li l-annimali jinżammu għal ġimgħat fi spazji żgħar meta dawn ikunu f’boarding kennels. Id-deputat Nazzjonalista qalet li ma jistax ikun aċċettat li l-pet boaders kollha jħobbu l-annimali għalkemm il-maġġoranza jagħmlu dan ix-xogħol b’mod tajjeb; għalhekk hemm bżonn li jkun hemm regolamentazzjoni ċara. Hi appellat biex il-gvern jerġa’ jiftaħ l-Isptar tal-Annimali f’Ta’ Qali li issa ilu magħluq żmien twil.