Lokali

Il-Gvern ma jgħidx kemm swiet flus is-siġra fid-daħla tal-Belt

Fil-Parlament, il-Ministru Owen Bonnici baqa’ jaħbi kemm ġiet tiswa’ s-siġra tal-Milied kontroversjali li tpoġġiet quddiem il-Parlament – siġra mimlija twieqi u gallariji, li ġibdet lejha baraxx ta’ kritika.

Għad-domandi tad-deputat Nazzjonalista Julie Zahra, il-Ministru Owen Bonnici qal biss li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Julie Zahra saqsiet kemm swiet din is-siġra u kif intgħażel il-kuntrattur biex saret din is-siġra tal-Milied.

Id-deputat Nazzjonalista saqsiet ukoll min ħareġ b’din l-idea, u kif waslu għal qbil li jsir dan il-kunċett ta’ siġra – kunċett li l-maġġoranza tan-nies dejjaqhom għaliex ma jirriflettix is-sbuħija ta’ dan iż-żmien tas-sena.