Lokali

Il-Partit Nazzjonalista japprova l-ewwel grupp ta’ tmien kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss

Il-PN qed ikompli jiġġedded; dan hu l-bidu ta’ proċess biex ikunu approvati l-kandidati kollha għall-elezzjoni

Il-PN qed ikompli jiġġedded; dan hu l-bidu ta’ proċess biex ikunu approvati l-kandidati kollha għall-elezzjoni

F’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, il-Partit Nazzjonalista llejla approva l-ewwel grupp ta’ tmien kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-maġġoranza tal-kandidati huma żgħażagħ, u l-grupp jinkludi żewġ nisa u tliet kandidati fuq Għawdex.

Il-kandidati approvati huma:

  • Duncan Borg Myatt fuq ir-Raba’ Distrett
  • Michael Piccinino fuq ir-Raba’ Distrett
  • Ludwig Cauchi fuq it-Tmien Distrett
  • Marilena Gauci fuq id-Disa’ Distrett
  • Dione Borg fuq il-Ħdax-il Distrett
  • Norma Camilleri fuq it-Tlettax-il Distrett
  • Beppe Galea fuq it-Tlettax-il Distrett
  • Frank Anthony Tabone fuq it-Tlettax-il Distrett

Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil dawn il-kandidati approvati kif ukoll lil oħrajn li diġà wrew interess li jkunu parti mit-tim tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali u li se jkunu approvati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Fil-fatt dan tal-lum huwa l-bidu ta’ proċess biex il-PN japprova l-kandidati kollha li se jkunu qed jikkontestaw f’ismu l-elezzjoni li jmiss.

Bernard Grech spjega li l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jiġġedded u li dan hu l-bidu ta’ proċess li se jwassal biex il-Partit Nazzjonalista jagħmel minn pajjiżna Malta Żagħżugħa.

Il-kandidati kollha approvati llejla huma kollha ġodda u se jkun qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba. Tnejn minnhom, Dione Borg u Norma Camilleri, diġà kkontestaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew (MEP) f’isem il-PN.