Graziella Galea, PN
Ix-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea sostniet fil-Parlament li l-persuni b’diżabbiltà għandu jkollhom vuċi u leħen fid-deċiżjonijiet li jolqtu lilhom fis-soċjetà.
Graziella Galea tkellmet dwar il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabbiltà u qalet li dawk li għandhom diżabbiltà għandhom ikunu konsultati u involuti fid-deċiżjonijiet għaliex huma jafu x’inhu l-aħjar għalihom. Kull persuna għandha tkun ikkunsidrata bħala indivdwu.
Hi enfażizzat l-importanza tal-aċċessibbiltà fil-binjiet pubbliċi biex ħadd ma jkun eskluż flimkien ma’ aċċessibbiltà għat-teknoloġija.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandu jkun hemm edukazzjoni xierqa sa minn età żgħira u appellat biex l-impjieg ma jkunx biss introjtu finanzjarju iżda wieħed li jkabbar l-abbiltajiet tal-persuni b’diżabbiltà. Hi semmiet is-servizzi li jingħataw fil-pajjiż u qalet li hemm diffikultà biex il-persuni b’diżabbiltà jaċċessaw dawn is-servizz. Il-PN qed jipproponi one stop shop għas-servizzi kollha.
Graziella Galea qalet li għandha ssir ħidma biex ħadd ma jaqa’ lura fis-soċjetà.
//= $special ?>