Ivan Bartolo, PN
Ix-Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-gvern għandu jistaqsi lilu nnifsu x’pajjiż irid li jitħalla lill-ġenerazzjonijiet futuri.
Ivan Bartolo qal li l-problema tad-droga hi ta’ kulħadd u għandha tissolva minn kulħadd. Hu sostna li l-problema tinsab kullimkien anki fost l-ħaddiema tal-gvern. Is-soċjetà għandha aċċetta lill-persuni li jużaw id-droga iżda mgħandhiex taċċetta l-użu tad-droga.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar kif id-droga teqred lil kull min imiss id-droga u qal li anki meta d-droga kienet dffiċli biex tinkiseb aħseb u ara llum li hi daqshekk aċċessibbli. Hu qal li l-ħaxixa llum tinxtamm kullimkien u sostna li tajjeb li s-soċjetà tirrifletti fuq il-bidliet li qed isiru fis-soċjetà.
Id-deputat Nazzjonalista qal li s-soċjetà għandha tirrifletti fuq il-futur biex dan ikun jagħmel unur u jkun ta’ ġieħ għall-ġenerazzjonijiet futuri. Hu sostna li Malta u Għawdex m’għadhomx jingħarfu minkejja li sar progress iżda dan mhux iwassal għall-kwalità.
Ivan Bartolo appella lill-gvern biex jirrifletti fuq x’pajjiż għandu jitħalla għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-problema tad-droga ilha fil-pajjiż iktar minn 33 sena, sostna d-deputat Nazzjonalista, li sellem il-ħidma tal-entitajiet li jaħdmu mal-persuni vittmi atd-droga. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pożizzjoni tas-soċjetà mhijiex ċara fuq il-problema tad-droga. Hu kompla li llum id-droga hi aċċessibbli minn supermarkets fejn l-għadu u mlibbes ta’ ħabib u l-lupu mlibbes ta’ ħaruf.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn min isir baruni f’daqqa u kompla li l-marda li ma jsir xejn tidħol ferm iktar ‘il ġewwa u tkompli tkisser il-valuri fis-soċjetà.
Ivan Bartolo qal li jirriżulta li kien hemm 39 każ ta’ persuni li tħarrku minħabba tipjip ta’ kannabis li wieħed minnhom kien fil-preżenza tat-tfal, 30 każ ta’ persuni li nbaqbdu b’erba’ pjanti ta’ kannabis li tlieta kienu fil-preżenza tat-tfal, disa’ persuni li nqabdu b’iktar minn 50 gramma għall-użu personali u li kellhom minuri jgħixu magħhom.
Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux kulħadd qiegħed fl-istess dgħajsa iżda kulħadd qieged fl-istess baħar. Malta mifuqgħa droga fejn il-libertinaġġ iwassal għal pajjiż ġungla, sostna Ivan Bartolo, li qal li dawk iż-żgħażagħ li qed jitilqu mill-pajjiż m’għandhomx jingħataw tort.