Paul Borg, ta’ 68 sena minn Ħaż-Żebbuġ beda’ għaddej ġuri akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Mario Grech, wara li allegatament waddabblu żewġ brikks. Il-ġuri beda’ jinstema’ t-Tlieta quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Il-każ imur lura għat-12 ta’ Settembru 2020 meta għall-ħabta tal-10:30am f’residenza f’Ħaż-Żebbuġ, il-vittma kien bilqiegħda fil-bitħa tar-residenza ta’ ibnu jagħmel xi xogħlijiet fuq is-sellum fuq ħajt li jifred il-proprjetà minn dik tal-akkużat.
Borg allegatament tela’ fuq il-bejt li jagħti fil-bitħa fejn kien jaħdem Grech u tefa’ żewġ briks fid-direzzjoni tiegħu. L-esperti qalu li kieku Grech ma evitax il-briks u biddel il-pożizzjoni li kien fiha, bil-qawwa u l-veloċità tal-briks mitfugħ, żgur li kien joqtol.
Borg qed jiffaċċja total ta’ ħames akkużi, fosthom attentat ta’ qtil u reżistenza għall-ordnijiet tal-pulizija. Il-prosekuzzjoni qed takkuża wkoll lil Borg li madwar sena qabel, ta daqqiet ta’ sikkina lil Grech. Grech sofra diversi ġrieħi f’moħħu u, meta kien mal-art, mart Borg u iben allegatament komplew isawtuh f’diversi partijiet tal-ġisem b’ponn u saqajhom.
B’kollox, Borg qed jiffaċċja akkużi, fosthom ta’ attentat ta’ qtil ta’ Grech kif ukoll li attakka u rreżista ordnijiet minn uffiċjali tal-pulizija. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Ramon Bonett Sladden u Abigail Caruana Vella f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo qed jidhru għal Paul Borg, l-akkużat. L-Avukat Arthur Azzopardi qed jidher parte civile.
//= $special ?>