Albert Buttigieg, PN
Ix-Shadow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Albert Buttigieg qal fl-Aġġornament tal-Parlament li mingħajr il-paċi u l-għaqda, il-Milied hu biss festa li tiswa ħafna flus.
Albert Buttigieg qal li hu pożittiv li l-familja għadha tingħata post ċentrali fil-ħajja tas-soċjetà. Hu tkellem dwar il-Milied u qal li dan hu żmien sabiħ għalkemm hemm numru ta’ persuni li għalihom il-Milied hu għafsa ta’ qalb.
Fost dawn hemm dawk li jkunu tilfu lil xi ħadd għeżież u dawk li jgħaddu minn żmien diffiċli minħabba problemi ta’ alkaħol.
Ma’ dawn hemm persuni li jkunu għaddejjin minn mard, vjolenza domestika u barranin li jkunu qed iħossuhom ‘il bogħod minn pajjiżhom.
F’dawn il-ġranet qed joħroġ id-distakk bejn min jitħanżer b’€70,000 u dawk li għandhom diffikultajiet kbar biex jgħaddu. Hu enfasizza l-importanza ta’ politika ta’ wens u appoġġ, sostna d-deputat Nazzjonalista, li semma’ l-problemi fl-Ukrajna, l-ostaġġi miżmuma mill-Ħamas u l-vittmi bl-eluf f’Gaza. Mingħajr il-paċi u l-għaqda, il-Milied hu biss festa li tiswa ħafna flus, sostna Albert Buttigieg.
//= $special ?>