Matul il-programm PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Mons. Hector Scerri. Il-profil huwa lettur fl-Università u kiteb ‘il fuq minn 400 kitba, kemm artikli u kif ukoll kotba.
Fl-2024 inħatar bħala membru tal-Kummissjoni Konġunta għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa.

Ma’ Mons. Hector Scerri se nkunu qed niddiskutu l-irwoli li jħaddan, l-isfidi tal-knisja fil-mument u d-diskursati ċkejknin li kellu mal-Papa Franġisku.
“Il-Knisja hija l-poplu t’Alla, mhux xi torri tal-avorju”
L-għarfien tal-profil fuq numru ta’ aspetti se jkun qed jinħareġ ma’ dan il-programm, iżda fuq kollox se nsiru nafu bil-ferm aktar lill-profil minn aspett personali b’diskussjoni li se teħodna fuq numru ta’ temi.
PROFILI se jkun qed jixxandar illejla fit-8.30pm fuq Net TV u għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
