Robert Abela qed ikompli jinkixef kemm il-prijoritajiet tiegħu huma mgħawġa għax filwaqt li m’għandux problema li ta’ madwaru jaħtfu u jitħanżru ta’ xejn, mal-edukaturi ta’ wliedna qed jixxaħħaħ għal kull ċenteżmu.
Il-Partit Nazzjonalista b’dispjaċir jinnota li għall-Prim Ministru, l-MCAST qed jibqa’ istituzzjoni tas-second-class. Il-kummenti tal-lum tal-Prim Ministru fil-konfront tal-letturi tal-MCAST huma insult lejn l-edukazzjoni f’pajjiżna.
Illum, il-Prim Ministru kkonfermalna li għalih l-MCAST, il-letturi u l-istudenti ta’ dan il-Kulleġġ mhumiex importanti tant li qed jitqammel magħhom.
Sadanittant, fl-MCAST għad għandna l-istudenti maqbuda fin-nofs ta’ tilwima industrijali wara li l-MUT kienet kostretta tordna serje ta’ direttivi biex iżżomm soda quddiem il-Gvern.
Gvern Laburista ilu jkaxkar saqajh kważi tliet snin biex jirrevedi ftehim kollettiv li skada.
Għall-Partit Nazzjonalista, l-edukazzjoni dejjem ġiet l-ewwel u qabel kollox. Tant hu hekk li kien Gvern Nazzjonalista li fetaħ l-MCAST wara li Gvern Laburista kien għalqu.
Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jappella biex il-Gvern ipoġġi l-prijoritajiet tiegħu f’posthom u jqiegħed l-interess ta’ dawk kollha milquta mill-kriżi fl-MCAST qabel l-interessi tiegħu u tal-Partit Laburista.
Kull jum li jgħaddi mingħajr ma tinstab soluzzjoni qed iġib miegħu riperkussjonijiet serji u irreparabbli.
L-edukaturi mhux qed jitolbu €70,000 għal job fantażma. Kulma jridu hu dak li jixirqilhom bħala l-edukaturi ta’ wliedna.
//= $special ?>