INTERVISTI
‘Bl-injuries l-options qed dejjem jonqsu’
- Alessandro Zinnari, kowċ Ħamrun S. FC
 
‘Kienet logħba bilanċjata ħafna u dan huwa rifless fir-riżultat tal-logħba’. Dan kien l-ewwel kumment li għadda lil dan il-ġurnal il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Alessandro Zinnari wara d-draw bejn Ħamrun Spartans u Sliema W. Huwa kompla hekk: ‘Konna kapaċi mmorru fil-vantaġġ imma sfortunatament wasal il-gowl tad-draw ta’ Sliema. Mertu lill-players ta’ kemm ħadmu u tal-wirja pożittiva tagħhom. In-nuqqas ta’ Roko nħass ħafna wkoll bħalma huwa tal-players l-oħra li bħalissa mhux disponibbli. Fil-fatt fil-preżent ma tantx fadalli soluzzjonijiet’.
‘Kellna reazzjoni immedjata’
- Paul Zammit, kowċ Sliema W. FC
 
‘Fl-ewwel taqsima kkonċedejna ħafna l-ballun lill-avversarji iżda fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta konna aktar dominanti.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit wara d-draw kontra Ħamrun Spartans. Zammit kompla jżid: ‘L-avversarji tagħna huma tim organizzat ħafna fejn marr fil-vantaġġ wara żball li għamilna. Ir-reazzjoni tagħna kienet waħda immedjata fejn ksibna l-gowl tad-draw. Issa jmiss li niltaqgħu fit-13 ta’ Diċembru kontra xulxin għas-Super Cup. Ser tkun opportunità oħra sabiex nilagħbu għal Tazza kontra xulxin. Żgur ser tkun partita oħra sabiħa u eċċitanti.’

TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Matthias Debono (Naxxar Lions)
Difensuri: Gabriel Mentz (Gżira United), Lucas Lopez (Marsaxlokk), Manuel Morello (Birkirkara), Simon Zibo (Sliema Wanderers)
Midfielders: Jake Grech (Floriana), Shaun Dimech (Birkirkara), Jai Quitongo (Marsaxlokk)
Attakkanti: Brian Gambarte (Żabbar SP), Luke Montebello (Ħamrun Spartans), Thiago Nascimento (Floriana)
| KLASSIFIKA – TOP SIX | PARTITI | PUNTI | 
| Birkirkara | 13 | 31 | 
| Floriana | 13 | 29 | 
| Sliema Wanderers | 13 | 26 | 
| Hibernians | 13 | 21 | 
| Ħamrun Spartans | 13 | 18 | 
| Mosta | 13 | 16 | 
| KLASSIFIKA – BOTTOM SIX | PARTITI | PUNTI | 
| Gżira United | 13 | 18 | 
| Marsaxlokk | 13 | 18 | 
| Melita | 13 | 12 | 
| Naxxar Lions | 13 | 11 | 
| Balzan | 13 | 9 | 
| Żabbar St.Patricks | 13 | 7 | 
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 7 ta’ Diċembru. 2024
Stadium Nazzjonali
2.15pm B’Kara vs Sliema W.
5.00pm Hibernians vs Mosta
Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru, 2024
Stadium Nazzjonali
3.00pm Floriana vs Ħamrun S.
Centenary Stadium
6.30pm Melita vs Balzan
Victor Tedesco Stadium
1.30pm Gżira Utd. vs M’Xlokk
4.00pm Naxxar L. vs Żabbar SP
| L-AQWA SKORERS | GOWLS | 
| Maxuell Samurai (Birkirkara) | 9 | 
| Franklin Sasere (Floriana) | 8 | 
| Gabriel Mentz (Gżira United) | 8 | 
| Andre (Melita) | 6 | 
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 6 | 
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 6 | 
| Lecao (Gżira United) | 6 | 
| Alex Tanque (Marsaxlokk) | 5 | 
| Udoyen Akpan (Balzan) | 5 | 
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 5 | 
| CLEAN SHEETS | PARTITI | 
| Birkirkara | 8 | 
| Sliema Wanderers | 7 | 
| Floriana | 7 | 
| Hibernians | 5 | 
| Ħamrun Spartans | 2 | 
| Gżira United | 2 | 
| Mosta | 2 | 
| Melita | 2 | 
| Naxxar Lions | 2 | 
| Balzan | 1 | 
| Żabbar SP | 1 | 
| Marsaxlokk | 0 | 


