Futbol Sport

‘Bl-injuries l-options qed dejjem jonqsu’ – Alessandro Zinnari, kowċ ta’ Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

INTERVISTI

‘Bl-injuries l-options qed dejjem jonqsu’

  • Alessandro Zinnari, kowċ Ħamrun S. FC

‘Kienet logħba bilanċjata ħafna u dan huwa rifless fir-riżultat tal-logħba’. Dan kien l-ewwel kumment li għadda lil dan il-ġurnal il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Alessandro Zinnari wara d-draw bejn Ħamrun Spartans u Sliema W. Huwa kompla hekk. ‘ Konna kapaċi mmorru fil-vantaġġ imma sfortunatament ma’ wasal il-gowl tad-draw ta’ Sliema. Mertu lill-players ta’ kemm ħadmu u tal-wirja pożittiva tagħhom. In-nuqqas ta’ Roko nħass ħafna wkoll bħalma huwa tal-players l-oħra li bħalissa mhux disponibbli. Fil-fatt fil-preżent ma’ tantx fadalli soluzzjonijiet’.

‘Kellna reazzjoni immedjata’

  • Paul Zammit, kowċ Sliema W. FC

‘Fl-ewwel taqsima kkonċedejna ħafna l-ballun lill-avversarji iżda fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta konna aktar dominanti.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit wara d-draw kontra Ħamrun Spartans. Zammit kompla jżid. ‘ L-avversarji tagħna huma tim organizzat ħafna fejn marr fil-vantaġġ wara żball li għamilna.  Ir-reazzjoni tagħna kienet waħda immedjata fejn ksibna l-gowl tad-draw.  Issa jmiss li niltaqgħu fit-13 ta’ Diċembru kontra xulxin għas-Super Cup. Ser tkun opportunita oħra sabiex nilgħabu għal Tazza kontra xulxin. Żgur ser tkun partita oħra sabiħa u eċċitanti.’

(Ritratt: Catriel Farrugia)

TIM TAL-ĠIMGĦA

Goalkeeper: Matthias Debono (Naxxar Lions)

Difensuri: Gabriel Mentz (Gżira United), Lucas Lopez (Marsaxlokk), Manuel Morello (Birkirkara), Simon Zibo (Sliema Wanderers)

Midfielders: Jake Grech (Floriana), Shaun Dimech (Birkirkara), Jai Quitongo (Marsaxlokk)

Attakkanti: Brian Gambarte (Żabbar SP), Luke Montebello (Ħamrun Spartans), Thiago Nascimento (Floriana)

KLASSIFIKA – TOP SIXPARTITIPUNTI
Birkirkara1331
Floriana1329
Sliema Wanderers1326
Hibernians1321
Ħamrun Spartans1318
Mosta1316
KLASSIFIKA – BOTTOM SIXPARTITIPUNTI
Gżira United1318
Marsaxlokk1318
Melita1312
Naxxar Lions1311
Balzan139
Żabbar St.Patricks137

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 7 ta’ Diċembru. 2024

Stadium Nazzjonali

2.15pm            B’Kara vs Sliema W.

5.00pm            Hibernians vs Mosta

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru, 2024

Stadium Nazzjonali

3.00pm            Floriana vs Ħamrun S.

Centenary Stadium

6.30pm            Melita vs Balzan

Victor Tedesco Stadium

1.30pm            Gżira Utd. vs M’Xlokk

4.00pm            Naxxar L. vs Żabbar SP

L-AQWA SKORERSGOWLS
Maxuell Samurai (Birkirkara)9
Franklin Sasere (Floriana)8
Gabriel Mentz (Gżira United)8
Andre (Melita)6
Luke Montebello (Ħamrun Spartans)6
Jurgen Degabriele (Hibernians)6
Lecao (Gżira United)6
Alex Tanque (Marsaxlokk)5
Udoyen Akpan (Balzan)5
Yuri Messias (Marsaxlokk)5
CLEAN SHEETSPARTITI
Birkirkara8
Sliema Wanderers7
Floriana7
Hibernians5
Ħamrun Spartans2
Gżira United2
Mosta2
Melita2
Naxxar Lions2
Balzan1
Żabbar SP1
Marsaxlokk0