L-inċertezza politika fi Franza żdiedet meta l-Prim Ministru Franċiż, Michel Barnier,qed jiffaċċja vot ta’ sfiduċja fil-Parlament…Vot li se jsir tlett xhur biss wara l-President Franċiż, Emmanuel Macron, kien ħatru biex imexxi l-Gvern.
Il-partiti tal-Oppożizzjoni ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja wara li Barnier, b’mod mill-aktar kontroversjali, uża l-poteri speċjali tiegħu biex jgħaddi l-baġit mingħajr vot. Intant, hu qed jiddefendi ruħu kontra akkużi dwar ‘aġir arbitrarju’ u meta, waqt xandira, qal li kien ‘fiduċjuż li jsalva mill-vot inkwistjoni’.
Madankollu, il-partiti tal-lemin u x-xellug fl-Oppożizzjoni mistennija jingħaqdu fil-vot għat-tneħħija ta’ Barnier minn Prim Ministru – u b’dan il-pass għandu jixpruna l-instabbilità li ilha tiddomina x-xena politika fi Franza mindu l-elezzjonijiet parlamentari tas-sajf irriżultaw f’disfatta għall-President Macron.
Fil-fatt, il-President Franċiż ilu taħt pressjoni mindu sejjaħ l-elezzjonijiet nazzjonali bikrija f’Ġunju u f’Lulju — u bir-riżultat li l-ebda grupp politiku ma kiseb maġġoranza fil-Parlament.
//= $special ?>