Il-kunċertun tal-Milied – Il-Pjan tal-Elfu – huwa l-kunċert li The Travellers se jwassal fl-20, 21 u 22 ta’ Diċembru fl-Awditorju ta’ Sant Agata, fir-Rabat.
Il-prestazzjoni ta’ The Travellers se tkun waħda teatrali komika b’Santa Klaws irid jinnaviga l-isfidi tal-era diġitali li jwassal għal ħafna inċidenti divertenti.
The Travellers se jwasslu ripertorju b’kanzunetti ferrieħa tal-Milied, inkluż ‘X’Inhu l-Milied Għalik?’ u ‘Tridx Tkun Tiegħi Dan il-Milied.’ Magħhom se jkun hemm sorpriża bit-tnedija tal-kanzunetta ġdida għal Milied 2024.
Bla dubju, ma jonqsux il-klassiċi ‘Jingle Bell Rock’ u ‘Santa Claus Is Comin’ to Town,’ kif jafu jwassluhom The Travellers b’xejra divertita u mimlija briju. Il-Kunċertun tal-Milied qed jitwassal b’direzzjoni artistika ta’ Take Two.
Huwa mitlub li dawk li se jattendu għal dan il-kunċert jilbsu adattat għall-briju tal-Milied. Il-biljetti jinkisbu minn showshappening.com
//= $special ?>