Il-Union tal-Għalliema mhux se taċċetta l-manuvra tal-Gvern, li jrid li f’kull skola jkun hemm staff imħarreġ biex ifittex għall-bombi.
Dan il-komunikat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni twassal lill-iskejjel wara l-aħħar każijiet ta’ theddid. Bil-Gvern issa jrid li jkun hemm ‘search team’ f’kull skola.
Fi stqarrija, l-MUT qalet li mhux se taċċetta li l-għalliema jagħmlu tfittxija fil-bini tal-iskola f’każ ta’ theddida ta’ bomba.
Il-union tat struzzjonijiet lill-għalliema u l-LSEs biex jinjoraw din iċ-ċirkolari.
//= $special ?>