Lokali

Inqas minn mitt triq tranġata f’Għawdex mill-2018

Mill-2018 ‘l hawn l-ammont ta’ toroq f’Għawdex irranġati mill-Gvern tal-Labour huma inqas minn mitt waħda.

Ċifri żvelati mill-ġurnal Times of Malta urew li filwaqt li l-Gvern Laburista lura fl-2017 kien wiegħed li se jkun qed jirranġa t-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex f’7 snin, huma biss 83 triq li ġew tranġati fil-gżira Għawdxija – b’diversi oħrajn preżentament għadhom għaddejjin bix-xogħol fihom.

Il-figuri komplew juru li filwaqt li l-Gvern iffoka l-ħidma tiegħu fuq it-toroq f’Malta, iswed fuq l-abjad jidher li prattikament injora l-ħidma f’Għawdex, bix-xogħol għaddej b’pass kajman għall-aħħar, għad-detriment tar-residenti.

L-aktar lokalità li rat xogħol isir hija l-Belt Kapitali r-Rabat; fejn kien hemm 14-il triq irranġata, b’nofshom ikunu maqlugħin parzjalment.

Kelliema għal Ministeru għal Għawdex spjegaw li preżentament hemm diversi toroq oħra li mistennija jsirilhom xogħol – fost oħrajn ix-xogħol fit-triq bejn ir-Rabat u Marsalforn mistennija jibdew fix-xhur li ġejin.

Iżda iswed fuq l-abjad, din hija konferma li s’issa l-Gvern poġġa f’ġenb lill-Għawdex u l-Għawdxin.