Sport

Jirbħu l-Grand Prix tas-subbuteo fi Franza

Charles Aquilina ta’ Bormla Sc reġa’ kien fi klassi għalih meta rebaħ il-Kategorija Veterani tas-subbateo f’Caen, fil-Grand Prix ta’ Franza. Fil-finali għeleb lill-Belġjan Daniel Scheen 3-0 .

Fis-semifinali huwa għeleb lil Dubois ta’ Franza minn 16-il plejer li ġew minn Franza, il-Belġju, ir-Renju Unit, it-Tuneżija u Malta biex akkwista midalja tad-deheb oħra u t-tieni waħda għall-istaġun 2024-2025 .

Fil-kompetizzjoni Open kien hemm 48 plejer li ħadu sehem. Bessim Golger wasal sas-semifinali fejn tilef  ma’ Theo Modeste ta’ Franza bil-ħin barrani biex rebaħ midalja tal-bronż.

Fl-avveniment tat-tim, Bormla subbuteo rebħu l-unuri minn 15-il tim fi Grupp 1.  Bormla subbuteo, il-club numru 1 fid-dinja fir-rankings, rebħu 4-0 kontra Issy les Moulineiux ta’ Franza, u 4-0 kontra Caen tal-Belgium u lil Hennuyer tal-Belgju 2-1 biex avvanzaw għall-kwartifinali. Huma rebħu 4-0 ma’ Wamme tal-Belġju fis-semifinali. Bormla rebħu 4-0 kontra Hennuyer B tal-Belġju u fil-finali Bormla reġgħu rebħu 3-1 kontra iSSY LES MOULINEUX ta’ Franza biex għamlu  weekend speċjali doppju bi tnejn deheb u bronż.

Għal Bormla, issa jkun imiss il-Grand Prix ta’ Reggio Emilia f’Subbuteo Land kif ukoll il-Grand Prix ta’ Eugies u jtemmu s-sena 2024 meta mbagħad ikomplu l-impenji fl-2025.