Sport

Jirbħu l-Malta International Challenge Marathon

John Lenehan u Danica Bonello Spiteri huma l-atleti  l-aktar riċenti li kitbu isimhom fuq it-trofew tal-Malta International Challenge Marathon.

The Challenge, kif inhi magħrufa mal-komunità tal-atletika, hija maratona li ssir fuq tlett ijiem. Tibda l-Ġimgħa filgħodu b’tellieqa ta’ 10 mili fis-Siggiewi. Is-Sibt, l-atleti jtellqu fuq rotta ta’ 5km ċatta f’Wied il-Għajn. L-avveniment jintemm il-Ħadd b’rotta twila u ta’ sfida – nofs maratona ta’ 21km li tibda minn Buġibba, tgħaddi mill- Wardija, mix-Xemxija, u tispiċċa ħdejn l-Akkwarju Nazzjonali, f’Buġibba.

Fost il-parteċipanti kien hemm numru ta’ atleti barranin li vvjaġġaw apposta lejn Malta għal din it-tellieqa. L-atleta Irlandiż John Lenehan, rebbieħ tat-tellieqa tal-irġiel, żamm l-ewwel post matul it-tlett ijiem tal-avveniment. Warajh fuq il-podju kien hemm Glenn Bonello – l-ewwel Malti li temm it-tellieqa, u Cuneyt Micallef.  It-tlieta żammew dawn il-pożizzjonijiet matul ir-rotta kollha taċ-Challenge.

Danica Bonello Spiteri għamlet id-debutt tagħha fil-Challenge, fejn uriet l-esperjenza tagħha bħala triatleta b’saħħitha u b’għarfien sod fl-isports tal-endurance. Hija wriet ħila partikolarment fuq id-distanzi twal, fejn hi spiċċat qabel Francesca Arrigo. Madankollu, Arrigo waqfet il-mixja rebbieħa ta’ Bonello Spiteri meta rebħet it-tellieqa ta’ 5km. Il-podju finali ra lil Bonello Spiteri fl-ewwel post, lil Arrigo fit-tieni, u lil Melanie Azzopardi fit-tielet. Azzopardi kellha prestazzjoni konsistenti matul it-tellieqa kollha, fejn hi dejjem spiċċat fit-tielet post matul il-fażijiet kollha tal-Challenge.

Birkirkara St Joseph Sports Club se jospita l-aħħar avveniment tiegħu għas-sena fit-13 ta’ Diċembru, fejn se jorganizza l-Eurosport BSJ Fleur-De-Lys Races. Dawn it-tlielaq, li se jiġbru fondi għall-YMCA, se jinkludu tellieqa ta’ 10km u oħra ta’ 5km, u se jsiru b’tifkira ta’ Jake Vella, membru maħbub tal-Club.

Riżultati tal-Malta International Challenge Marathon

 IrġielNisa
 Overall
1stJohn Lenehan (2:33:00)Danica Bonello Spiteri (3:14:31)
2ndGlenn Bonello (2:50:50)Francesca Arrigo (3:20:34)
3rdCuneyt Micallef (3:05:23)Melanie Azzopardi (3:23:13)
   
 Gruppi tal-eta
Over 35John Paul Mifsud (1st) Christian Farrugia (2nd) Silvio Sciberras (3rd)Adrienne Szabo
Over 40Redent SpiteriPauline Briffa
Over 45Antoine Abela (1st) Joseph Zammit (2nd) Jean Borg (3rd)Loren Mercieca (1st) Lorraine Xuereb (2nd) Rachel Padovani (3rd)
Over 50Jason Cassar (1st) Raymond Grech (2nd) Andrew Buttigieg (3rd)Brigitte Calascione
Over 55Rob Voorn (1st) Ron Van der Veen (2nd)Birgit Voom
Over 65Joseph Grech