Il-Bank MeDirect qed jerġa’ jappoġġja lil ŻfinMalta, il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin, matul l-istaġun 2024-25. L-appoġġ ta’ MeDirect hu parti mill-impenn tiegħu lejn l-arti f’Malta u se jgħin lil ŻfinMalta fil-produzzjoni ta’ diversi spettakli, fl-isforzi edukattivi u komunitarji tagħha, kif ukoll fil-parteċipazzjoni f’avvenimenti internazzjonali.
Taħt id-direzzjoni ta’ direttur artistiku l-ġdid, Matthew William Robinson, il-qofol ta’ dan l-istaġun jinkludi tour internazzjonali bix-xogħol Utopia, koreografija ta’ Emanuel Gat, u r-ritorn f’Diċembru ta’ ŻfinMade, programm biennali li jistieden sitt koreografi Maltin biex joħolqu sensiela ta’ solos u dwetti maż-żeffiena ta’ ŻfinMalta.
ŻfinDays 2025 se jinkludi xogħlijiet ġodda minn koreografi eċċezzjonali minn madwar l-Ewropa – Kor’sia, Liliana Barros, u Simon Riccardi-Zani. F’April se jkun hemm ċelebrazzjoni ta’ ġimgħa għall-10 anniversarju ta’ ZfinMalta, li se tilħaq il-qofol tagħha bi produzzjoni ġdida mimlija enerġija mill-koreografi Britanniċi Thick & Tight. F’Mejju se jkun hemm Mortal Heroes, produzzjoni ġdida ta’ Sita Ostheimer li se jkollu l-premiere fit-Teatru Manoel.
//= $special ?>