Lokali Mużika

Nordterra – kollaborazzjoni bejn mużiċisti Maltin u Daniżi

Noel D’Anastas

Għadu kif tnieda album li fih hemm il-kollaborazzjoni mużikali bejn mużiċisti Maltin u Daniżi.

Nordterra qed jgħaqqad it-tradizzjonijiet mużikali uniċi tad-Danimarka u ta’ Malta iżda jenfasizza wkoll ix-xena kulturali vibranti ta’ Malta bħala ċentru dinamiku għall-kollaborazzjoni artistika.

Glen Montanaro, mużiċist Malti li bħalissa qed joqgħod fid-Danimarka, qed iwassal dan il-proġett li jara l-parteċipazzjoni ta’ mużiċisti Daniżi u Maltin ta’ etajiet differenti. Jekk nieħdu l-età ta’ dawn il-mużiċisti, l-età tvarja b’40 sena. Nordterra jiġbor fih l-elementi ta’ Walter Vella (sax u flute); Glen Montanaro (kitarra u kompożitur); Walter Vella (sassofonista u kompożitur); Kenneth Dahl Knudsen (bassista); u Carsten Landors (drummer).

Kien f’Ġunju li għadda meta Nordterra kien daqq fl-Offbeat fil-Belt Valletta u kien il-preludju biex imbagħad twassal ir-reġistrazzjoni ta’ dan l-album wara tant provi. Dan l-album ġie rrekordjat f’Lito’s Palace u għandu artwork ta’ 141 Records.

Il-Kunsuill Malti għall-Kutura, Koda Kultur u JazzDanmark qed jagħtu s-sapport biex dan l-album seta’ jinħareġ.