Il-Malta Women’s Lobby esprima tħassib serju dwar kif l-aħħar studju tal-eurobarometer wera li t-tendenzi kbar ta’ misoġenija li jkomplu jwasslu biex il-ħtija tintefa’ dejjem fuq il-mara f’każ ta’ abbuż ta’ vjolenza sesswali, filwaqt li dan qed iwassal għal nuqqas ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Dan l-istħarriġ wera wkoll kif meta waħda minn kull ħames nisa tiġi meqjusa bħala l-persuna responsabbli meta tagħmel rapport dwar avvanz sesswal li jkun sar fuqqha meta tkun xorbot. Dan filwaqt li hemm drabi fejn meta mara tirrapporta avvanz sesswali, tiġi meqjusa bħala giddieba.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-Malta Women’s Lobby talab lill-Gvern biex jindirizza din il-problema ta’ misoġinija, u vjolenza abbażi tal-ġeneru u ħeġġet lill-Gvern, sabiex iżid il-kampanji ta’ għarfien permezz ta’ kampanji edukattivi u azzjoni konkreta mhux permezz ta’ paroli biss.
Il-Malta Women’s Lobby, fl-istqarrija semma wkoll id-dewmien fil-kawzi tal-Qorti dwar il-vjolenza domestika u l-kawżi relatati mal-femiċidju. Dan filwaqt li għamel referenza dwar il-libertà li jingħataw il-preditaturi, turija ċara ta’ kif dawn il-kawżi ma jingħatawx l-attenzjoni li jixirqilhom.
//= $special ?>