Lokali

Il-Milied mal-kor ‘The New Choral Singers’

Ejjew ingħaqdu flimkien mal-kor The New Choral Singers f’atmosfera ta’ kant tal-Milied għall-kunċert annwali ‘Musical Tidings’, nhar il-Hamis 12 ta’ Diċembru 2024, fil-Knisja ta’ San Nikola, is-Siggiġġewi, fis-7.30pm, u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2024 fis-6.30pm fil-Knisja ta` San Duminku, ir-Rabat, Malta.

Għal dan il-kunċert, il-kor ser jing]aq mal-Kor Santa Cecilja tal-Parroċċa tas-Siġġiewi li flimkien ser ikantaw taħt it-tmexxija tas-surmast Mauro Farrugia filwaqt li ser ikunu akkumpanjat minn Mark Vassallo fuq l-orgni.

Għal din illejla, il-kor ipprepara repertorju b’għażla varjata ta’ għanjiet tal-Milied għal gosti ta’ kulħadd. Fosthom ‘O Holy night’ u ‘Il-Benniena tal-Bambin Ġesù’, għanjiet miktuba minn kompożituri kontemporanji kif ukoll siltiet klassiċi ta’ żminijiet oħrajn fosthom mis-seklu sittax.

Filwaqt li d-dħul għall-kunċerti huwa b’xejn, fi tmiem il-programm se ssir ġabra. 

Aktar informazzjoni tinstab fuq il-website tal-kor www.thenewchoralsingers.com