Il-Ħamis filgħodu l-Ministru Galdes irrifjuta li jirrispondi għad-domandi ta’ Net News. Dan meta kien mistoqsi dwar il-fatt li Edward Zammit Lewis fuq il-midja soċjali stqarr li kien hemm nies “minn ġewwa” li ħadmu kontrih sabiex ma jiħux il-kariga ta’ Mħallef fil-Qorti Ewropea.
Dan wara li l-magħżul ta’ Abela m’għaddhiex mill-grilling li sarlu fi Brussel. Daqqa ta’ ħarta mhux biss għal Gvern ta’ Robert Abela iżda wkoll għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Bil-Ministru jirrifjuta wkoll li jwieġeb lill-ġurnalisti dwar l-iskandlu tal-Housing fis-Siġġiewi.
Dan wara li mas-70 persuna spiċċaw ingħataw indirizz fuq is-Siġġiewi sabiex ikunu jistgħu jivvutaw għall-elezzjonijijet tal-Kunsilli Lokali fis-Siġġiewi. Bil-Ministru jibqa’ jiddefendi dan l-aġir li ġie kkundannat mill-Qorti tal-Maġistrati, bħala frodi elettorali f’kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista.
Pressat mill-ġurnalisti l-Ministru sempliċiment sostna li issa xhur wara, ir-residenti qegħdin jgħixu hemm – dan bla ma ta l-ebda spjegazzjoni għaliex inbidlilhom l-indirizz meta l-binja kienet għadha mhux abitabbli.
Bil-Ministru Galdes, jitlaq ‘l hemm u ma jicħadx dwar nies fil-Partit Laburista li ħadmu kontra Zammit Lewis, b’sorsi miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista stqarrew ma’ din il-kamra tal-aħbarjiet li l-falliment ta’ Zammit Lewis kien parti minn pjan maħdum bizzilla sabiex Veronique Dalli, oħt il-Ministru Miriam Dalli, tiġi nnominata hi ġaladarba Zammit Lewis ma jirnexxilux jilħaq bħala Mħallef fil-Qorti Ewropea.
//= $special ?>