Internazzjonali

Iżrael: Jiċħad għall-akkużi dwar ‘il-ġenoċidju’ f’Gaza

An Israeli security officer watches Muslim Palestinians as they take part in Friday Noon prayers in East Jerusalem neighbourhood of Ras al-Amud, on October 20, 2023, following age restriction by Israeli police to above 50-year-old to worshippers wanting to access the Al-Aqsa Mosque compound, amid the ongoing battles between Israel and the Palestinian group Hamas. Thousands of people, both Israeli and Palestinians have died since October 7, 2023, after Palestinian Hamas militants based in the Gaza Strip, entered southern Israel in a surprise attack leading Israel to declare war on Hamas in Gaza on October 8. (Photo by AHMAD GHARABLI / AFP) (Photo by AHMAD GHARABLI/AFP via Getty Images)

Il-grupp Amnesty International – entità ewlenija għall-moniteraġġ tad-drittijiet umani – akkuża lil Iżrael dwar it-twettiq ta’ ġenoċidju fuq il-Palestinjani waqt il-gwerra fil-Medda ta’ Gaza. Sadanittant, Iżrael qed jiċħad bil-qawwi għall-akkuża fost l-istqarrijiet li din qed tibbaża fuq l-istqarrijiet qarrieqa u l-misinformazzjoni.

L-Amnesty, li  għandu l-bażi fir-Renju Unit, qal li r-rapport konkluż jirrifletti ‘l-istqarrijiet tal-uffiċjali Iżraeljani fejn qed jiċħdu għall-kwalitajiet umani tal-poplu (Palestinjan) partikulari’.  L-istqarrijiet, skont l-akkuża, jinvolvu anki element ta’ ġenoċidju – bir-rapport jirreferi wkoll għall-materjal viżwali u diġitali, minbarra r-rakkonti tax-xhieda.

Iżda waqt li l-Amnesty qed iwissi lill-komunità internazzjonali biex ‘tqum għar-realtà tas-sitwazzjoni’, il-Ministeru Iżraeljan għall-Affarijiet Barranin fisser ir-rapport bħala ‘falz u giddieb’ – bil-kelliema għall-Armata Iżraeljana jsostnu li l-akkużi huma għalkollox infondati minbarra li ma jirriflettux is-sitwazzjoni militari f’Gaza.

Intant, l-entitajiet mediċi f’Gaza qalu li nqatlu tal-anqas 50 Palestinjani oħra f’Gaza fi spazju ta’ 24 siegħa – u wara li t-territorju mill-ġdid kien spiċċa suġġett għar-rejds tal-qawwiet tal-ajru Iżraeljani. L-akbar ammont ta’ vittmi kienu rappurtati fil-kamp ta’ al-Mawasi għar-refuġjati, bl-Iżraeljani jgħidu li huma kienu qed jimmiraw għat-terroristi tal-Ħamas li użaw lir-refuġjati bħala tarka umana.