Sport

Javvanzaw Empoli fil-Coppa Italia

Empoli avvanzaw għal round ieħor tal-Coppa Italia meta lbieraħ għelbu lil Fiorentina bil-penelties.

Stadio Artemio Franchi

Fiorentina     2                 Empoli     2

Empoli għaddew bil-penalties 4 – 3

Fir-raba’ minuta Empoli marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Liam Henderson kien EMMANUEL EKONG li għeleb lil Pietro Terracciano għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.  Fid-59 minuta Fiorentina kisbu l-gowl tad-draw wara li MOISE KEAN għeleb lil Jacopo Seghetti. Fiorentina fil-vantaġġ fis-70 minuta meta minn azzjoni ta’ Robin Gosens kien RICARDO SOTTIL li mill-ġdid għeleb lil Seghetti.

Reazzjoni immedjata minn Empoli li ħames minuti wara kisbu l-gowl tad-draw meta minn azzjoni ta’ Henderson kien SEBASTIANO ESPOSITO li għeleb lil Terracciano 2 – 2 . Mill-ħin barrani għall-għoti tal-penalties, għal Fiorentina skorjaw Albert Gudmundson, Christian Kouame u Danilo Cataldi filwaqt li fallew Luca Ranieri u Moise Kean.

Għal Empoli falla biss Emmanuel Ekong filwaqt li skorjaw Lorenzo Colombo, Liam Henderson, Luca Marianucci u Sebastiano Esposito.