Il-Parlament Franċiż spiċċa kkollasa wara li membri parlamentari Franiċiżi vvuttaw favur il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-konfront tal-Prim Ministru Franċiż Michel Barnier.
Dan il-vot ittieħed tliet xhur biss wara li hu kien appuntat Prim Ministru, bil-maġġornaza tivvota favur il-mozzjoni li tressqet kontrih.
Il-partiti tal-Oppożizzjoni ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja wara li Barnier, b’mod mill-aktar kontroversjali, uża l-poteri speċjali tiegħu biex jgħaddi l-budget mingħajr vot.
Din hija l-ewwel darba fi Franza li Gvern ikkollasa wara vot ta’ fiduċja sa mill-1962, u din qed issarraf f’iktar instabbiltà politika, wara li fl-elezzjonijiet tas-sajf l-ebda partit politiku ma ġabb il-maġġoranza biex jiggverna.
Il-Membri Parlamentari kienu mitluba biex jivvutaw favur jew kontra l-mozzjoni jew inkella sempliċiment jastjenu. Il-mozzjoni kellha bżonn 288 vot favur biex tgħaddi, u b’kollox kien hemm 331 Membru Parlamentari li vvota favur din il-mozzjoni.
Il-Prim Ministru Barnier obbligat li fil-jiem li ġejjin jippreżenta r-riżenja tiegħu filwaqt li l-budget li wassal għar-riżenja tiegħu se jkun annullat.
//= $special ?>