Lokali

Jo Etienne Abela komdu bil-Ministru Clint Camilleri fil-Kabinett

Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela jinsab komdu bil-kollega Clint Camilleri li ser jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Ministru fil-Kabinett ta’ Robert Abela.

Skomdu għall-aħħar, il-Ministru għas-Saħħa stqarr ma’ Net News li hu komdu bi Clint Camilleri miegħu fil-kabinett, dan anke jekk ġie kkonfermat li Camilleri kien kompliċi fi pjan ta’ frodi u serq minn flus il-poplu li twettaq sabiex il-mara ta’ Calyton Bartolo, dak iż-żmien ħabiba, tkun tista’ tieħu €70,000 minn konsulenza – liema konsulenza qatt m’għamlet.

Dan apparti li ma kellha l-ebda kwalifiċi biex twettaq dan ix-xogħol fil-Ministeru ta’ Camilleri.  

Għalkemm Bartolo spiċċa rreżenja minn Ministru għat-Turiżmu, għal xi raġuni, Camilleri baqa’ hemm, bl-approvazzjoni u  l-appoġġ ta’ Robert Abela.

Madanakollu, din id-deċiżjoni li Clint Camilleri jibqa’ jagħmel parti mill-kabinett Laburista ħolqot diverġenzi u qasmiet kbar fi ħdan il-Labour. Qasmiet li qed jaffetwaw it-tmexxija tal-pajjiż, bi Prim Ministru iktar moħħu kif ser isalva ġildu milli kif ser imexxi lil pajjiż.