Il-pajjiż mhux preparat għal sitwazzjoni bħal din.
Kienet din id-dikjarazzjoni li minnufih għamel Marco Bonnici, il-President tal-MUT, meta waqt il-programm Net Live kien mistoqsi biex jikkummenta dwar dak li ġara t-Tnejn filgħodu meta numru ta’ skejjel irċivew theddida ta’ bomba.
It-Tnejn filgħodu proprju fit-8 ta’ filgħodu daħlu numru ta’ theddid ta’ bomba f’diversi skejjel. Irriżulta wkoll li t-theddid wasal permezz ta’ emails, bl-awtoritajiet jikkunsidraw dan il-każ bħala ‘attakk koordinat’.
Minn naħa tiegħu, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ ċirkular fejn talab biex f’kull skola jkun hemm staff imħarreġ biex ifittex għall-bombi. Hekk kif l-unika soluzzjoni li kellu l-Gvern kienet li jkun hemm ‘search team f’kull skola’.
Intant, fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ftehim kollettiv tal-MCAST li qed jiġi negozjat huwa wieħed li jitlob żieda eżorbitanti, bil-President tal-MUT jgħid li l-letturi qed jitolbu biss dak li ħaqqhom.
Peró, mhux hekk biss talli l-Prim Ministru inkredibbilment qal lill-MUT biex jirtiraw id-direttivi kollha tagħhom.
Numru ta’ letturi li tkellmu ma’ dan l-istazzjoni esprimew rabja kbira għall-mod kif Robert Abela qed jaġixxi fil-konfront tagħhom, u saħqu li huma professjonisti li qed ikunu disrispettati.
Dan filwaqt li sostnew li ma jistgħux jifhmu minn fejn ġiet din it-talba li skont hu, hija ‘esorbitanti’ filwaqt li stqarrew id-dispjaċir tagħhom għall-fatt li l-istudenti se jibqgħu jbatu.
//= $special ?>