Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’maħżen fi Triq Burmarrad, in-Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li raġel ta’ 39 sena minn Ħaż-Żabbar waqa’ madwar sular għoli
waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tibjid.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed liisptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar
tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.
//= $special ?>