Sport

Aktar suċċessi fit-Taekwondo

Kien hemm aktar suċċessi fit-Taekwondo minn Iron Taekwondo League fil-Mudokwon Indoor Open, fi Brussels, bir-rebħ ta’ żewġ midalji tad-deheb permezz ta’ Eva Mifsud Calleja fil-kategorija taż-żgħar u Gianluca Barbara fil-kategorija Masters ‘il fuq minn 80 kilo.

Il-kontinġent Malti kien magħmul minn 14-il atleta fosthom tliet debuttanti fejn apparti s-suċċessi ta’ Mifsud Calleja u Barbara, intrebħu wkoll tliet midalji tal-fidda permezz ta’ Dwayne Micallef fil-kategorija 24 kilo, Emma Lautier u Oliver Gatt rispettivament fis-27 kilo u 36 kilo .

Is-sitt midalji tal-bronż intrebħu minn Sherzod Bararov fil-kategorija 36 kg, Emma u Nina Gellel fil-kategoriji 30 kg u 40 kg rispettivament, Ella Schembri fit-33 kilo, Kieran Vella fl-24 kilo u Czarek Odlaniki fis-87 kilo.

Fil-kontinġent immexxi mill-kowċ Gianluca Barbara, ikkompetew ukoll Ashik Sunil Bindhu, Fergeson Galea u Dailen Barbara.

Preżenti fil-kompetizzjoni kien hemm Sarah Chaari, rebbieħa tal-midalja tal-bronż fl-aħħar Olimpijadi ta’ Pariġi.