Huwa essenzjali li d-demokrazija tkun u tibqa’ tiġi mħarsa fis-soċjetà li qed ngħixu fiha.
Sostniet dan l-Ambaxxatriċi għal Franza f’Malta, Sandrine Lelong-Motta hekk kif il-Ġimgħa filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea, laqgħa lill-Ambaxxatriċi Franċiża fl-Uffiċċju tiegħu.
Huma ddiskutew is-sitwazzjonijiet ġeoġolitiċi u r-relazzjonijiet internazzjonali partikolarment x-xhur u snin ta’ wara s-sentejn mudlama tal-pandemija.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li minn dan il-perjodu nistgħu verament naqtgħu l-frott, għaliex id-dlam ma jfissirx biss negattività iżda jġiegħel lill-poplu japprezzaw aktar id-dawl u l-pożittività fil-ħajja.
Ġiet diskussa wkoll it-tema attwali tas-sitwazzjoni politika fi Franza, bl-Ambaxxatriċi tisħaq li huwa inevitabbli u essenzjali li jkun hemm Prim Ministru Franċiż ġdid.
Dan wara li l-Gvern waqa’ hekk kif il-maġġoranza tal-membri parlamentari vvutaw favur il-mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-Prim Ministru Michel Barnier.
Dan kollu wara li b’mod mill-aktar kontroversjali, Barnier uża s-setgħat politiċi tiegħu sabiex jgħaddi l-budget mingħajr vot.
//= $special ?>