F’logħba oħra tal-Coppa Italia, Lazio rebħu u komplew javvanza wara wirja tajba kontra l-leaders tas-Serie A, Napoli.
Lazio 3 Napoli 1
Dominju assolut minn Lazio li eliminaw lil Napoli, leaders tal-Kampjonat tas-Serie A biex għaddew għal kwartifinali tal-Coppa Italia u jistennew min se jkun l-avversarju mill-partita bejn Inter u Udinese.
Fl-20 minuta tilfu cans tad-deheb li jiftħu l-iskor. Għal foul ta’ Caprile fuq Juan Jesus, Luca Pairetto saffar penalty għal Lazio. Tah Mattia Zaccagni iżda Elia Caprile salva. Kibret il-pressjoni minn Lazio li fit-32 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ TIJJANI NOSLIN li minn azzjoni ta’ Samuel Gigot għeleb lil Elia Caprile. Reazzjoni immedjata minn Napoli li erba’ minuti wara kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ GIOVANNI SIMEONE li għeleb lil Christos Mandas.
Fil-41 minuta Lazio mill-ġdid fil-vantaġġ u mill-ġdid permezz ta’ TIJJANI NOSLIN minn azzjoni ta’ Petro Rodriguez. 2 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima kompla d-dominju minn Lazio li fil-50 minuta skorjaw it-tielet gowl meta minn azzjoni ta’ Mattia Zaccagni kien mill-ġdid TIJJANI NOSLIN li bit-tielet gowl personali għamel l-iskor 3 – 1.
//= $special ?>

