Sport

Fulham fis-sitt post tal-Premier League

Fulham għelbu lil Brighton f’logħba oħra tal-Premier League filwaqt li Tottenham kienu megħluba minn Bournemouth li qabżu lill-istess Tottenham fil-klassifika.

Fulham      3        Brighton & Hove Albion    1

B’din ir-rebħa Fulham telgħu fis-sitt post bi 22 punt flimkien ma’ Nottingham Forest u Aston Villa filwaqt li Brighton baqgħu fil-ħames post b’25 punt.

Fulham ħarġu fuq l-offensiva wara biss erba’ minuti u marru fil-vantaġġ wara li ALEX IWOBI għeleb lil Bart Verbruggen għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Brighton li fis-56 minuta għamlu l-iskor 1 – 1 permezz ta’ CARLOS BALABA li minn azzjoni ta’ Joao Pedro għeleb lil Bernd Leno.

Fid-79 minuta Fulham marru fil-vantaġġ wara awtogowl ta’ MATT O’RILEY sabiex fis-87 minuta kien ALEX IWOBI li minn azzjoni ta’ Antoine Robinson għeleb lil Verbruggen għall-iskor finali ta’ 3 – 1

Bournemouth        1             Tottenham Hotspur    0

Tliet punti għal Bournemouth li bis-sitt rebħa tal-istaġun telgħu fid-disa’ post b’21 punt u fl-istess waqt qabżu lil Tottenham, Brentford u Newcastle United kollha b’21 punt.

Fis-17-il minuta Bournemouth marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Marcus Tavernier, kien DEAN HUIJSEN li għeleb lil Fraser Forester għal dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.

Fit-tieni taqsima, fit-72 minuta gowl ta’ Evanilson għal Bournemouth ma kienx ikkonvalidat bil-VAR.